|
1.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/7 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — LVM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-419/12)
2012/C 373/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster a. G. (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, H. Heinrich u J.-O. Schrotz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2012, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni tar-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) sabiex tingħata aċċess għal ċerti dokumenti fi proċeduri ta’ kartell (COMP/39.125 — Carglass) |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ evalwazzjoni individwali tad-dokumenti li saret applikazzjoni għalhom. Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma hijiex ibbażata fuq evalwazzjoni konkreta u individwali ta’ kull dokument individwali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq kunsiderazzjoni żbaljata fid-dritt, li f’din il-kawża hemm preżunzjoni ġenerali li għandha tiġi applikata eċċezzjoni. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, immotivat iċ-ċaħda integrali tagħha tal-applikazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ evalwazzjonijiet ġenerali, u, għaldaqstant, b’mod insuffiċjenti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li sar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, konsegwentement, nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet elenkati fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu vvizzjati fid-dritt. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tiċħad li tirrikonoxxi li hemm relazzjoni bejn ir-regola u l-eċċezzjonijiet u tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni estensiva wisq ta’ “ħarsien tal-iskop ta’ spezzjonijiet” u tal-kunċett ta’ “interessi kummerċjali”. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni li l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni, meta ma żvelatax id-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, b’mod żbaljat ċaħdet interess pubbliku prevalenti. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra, meta tibbilanċja l-interessi fl-iżvelar tad-dokumenti, li anki l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi wkoll interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).