10.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/19 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2012 — Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/12)
2012/C 343/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Toshiba Corporation (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. MacLennan, Solicitor, A. Schulz and S. Sakellariou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ COMP/38.966 — Apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku (switchgear) iżolat bil-gass — multi; |
— |
sussidjarjament, tnaqqas il-multa b’mod li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq; u, fi kwalunkwe każ; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità meta adottat b’mod prematur id-deċiżjoni tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ COMP/39.966 — Apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku (switchgear) iżolat bil-gass — multi, qabel ma l-qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha fil-Kawża C-498/11 P, Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Toshiba billi ma ppubblikatx Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ COMP/39.966 — Apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku (switchgear) iżolat bil-gass — multi; u billi ma indirizzatx, fl-Ittra tal-Fatti, element importanti tal-kalkolu tal-multa imposta bl-imsemmija deċiżjoni. |
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta ttrattat lir-rikorrenti b’mod differenti mill-manifatturi Ewropej ta’ apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku iżolat bil-gass meta hija bbażat il-multa tar-rikorrenti fuq l-ammont inizjali ta’ TM T & D minflok ma bbażatu fuq id-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti. |
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ppreżentatx motivazzjoni xierqa meta hija stabbilixxiet l-ammont inizjali ta’ TM T & D. |
(5) |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta naqset milli tagħmel differenza fil-livell ta’ responsabbiltà ta’ Toshiba meta mqabbla mal-manifatturi Ewropej ta’ apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku iżolat bil-gass. |