20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/14 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 — American Express Marketing & Development vs UASI (EUROPEAN IP ZONE)
(Kawża T-371/12)
2012/C 319/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: American Express Marketing & Development Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda, u S. Kirschstein-Freund, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 1453/2011-2; |
— |
sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 1453/2011-2, u tiddeċiedi li l-appell huwa ġustifikat; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROPEAN IP ZONE” għal servizzi fil-klassi 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9488032
Deċiżjoni tal-eżaminatur: l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.