20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/11 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Vuitton Malletier vs UASI — Nanu-Nana (rappreżentazzjoni b’disinn iċċanġjat)
(Kawża T-360/12)
2012/C 319/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzaretti u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1854/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri; |
— |
tikkundanna lil Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell tal-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat għal prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6587851
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ippreżentat it-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra CTM għal raġunijiet assoluti, jiġifieri l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d), (e)(iii) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, u għal raġunijiet assoluti skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u |
— |
ksur tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009. |