8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/18 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Spirlea vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/12)
2012/C 273/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore) (rappreżentanti: V. Foerster u T. Pahl, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ r-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE; |
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
— |
tiddikjara r-rikors fondat u tikkonstata li l-Kummissjoni kisret il-forom proċedurali sostanzjali u diversi dispożizzjonijiet tad-dritt materjali; |
— |
tannulla, abbażi ta’ dan, id-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 (SG.B.5/Mku/psi — Ares (2012) 744102), sa fejn tikkonċerna l-ittri ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 u tal-10 ta’ Ottubru 2011, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
(1) |
Ksur tal-obbligu ta’ eżami previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-estent sa fejn kellu jsir dan l-eżami abbażi tal-imsemmi regolament Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li hemm ksur tal-obbligu ta’ eżami tal-“eċċezzjonijiet” previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll tal-estent sa fejn kellu jsir dan l-eżami skont l-imsemmija dispożizzjoni. |
(2) |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 marbuta mal-Każijiet GestDem 2012/1073 u 2012/1251 Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li timmotiva r-rifjut tal-iżvelar tal-ittri ta’ informazzjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 u tal-10 ta’ Ottubru 2011 skont l-estent preskritt mid-dritt. |
(3) |
Assimilazzjoni tal-proċedura pilota “informali” tal-Unjoni ma’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 258 TFUE Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-assimilazzjoni tal-proċedura pilota “informali” tal-Unjoni ma’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 258 TFUE ma hijiex fondata fid-dritt. |
(4) |
Żball ta’ evalwazzjoni dwar l-aċċess parzjali għad-dokumenti Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dritt tagħhom għal aċċess parzjali għall-ittri ta’ informazzjoni (Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001) u naqset b’mod manifest milli twettaq eżami konkret. |
(5) |
Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità/“interess pubbliku superjuri” Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn ma eżaminatx b’mod korrett l-eċċezzjoni invokata (“protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni”) fir-rigward tal-“interess pubbliku superjuri” (Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001). |
(6) |
Ksur tal-Komunikazzjoni COM(2002) 141 Fil-kuntest tas-sitt motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret b’mod sistematiku, fir-rigward tagħhom, ir-regoli li hija stess stabbilixxiet dwar it-trattament tal-ilmenti taċ-ċittadini tal-Unjoni u għalhekk kisret sostenibbilment l-effett vinkolanti li imponiet fuqha stess (Anness tal-Komunikazzjoni COM(2002) 141). |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).