|
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/31 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — Alfastar Benelux vs Il-Kunsill
(Kawża T-274/12)
2012/C 243/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alfastar Benelux (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Keramidas u N. Korogiannakis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li l-konvenut naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 266 TFUE, peress li, minkejja li ntalab formalment jagħmel hekk, huwa naqas milli jadotta miżuri sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward fit-terminu stabbilit; |
|
— |
tordna lill-konvenut jadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward; |
|
— |
tordna lill-konvenut sabiex iħallas id-danni lir-rikorrenti li jammontaw għal EUR 20 000 skont l-Artikolu 340 TFUE; u |
|
— |
tordna lill-konvenut għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra sostnuti b’rabta ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-konvenut naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 266 TFUE, peress li, minkejja li ntalab formalment jagħmel hekk, huwa naqas milli jadotta miżuri sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward fit-terminu stabbilit.