|
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/30 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2012 — Panalpina Welttransport et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-270/12)
2012/C 243/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Panalpina Welttransport (Holding) AG (Basel, l-Isvizzera), Panalpina Management AG (Basel, l-Isvizzera) u Panalpina China Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis, T. Grimmer u B. Smith, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.462 — Trasport ta’ merkanzija) kollha kemm hi sa fejn hija applikabbli għar-rikorrenti; |
|
— |
Sussidjarjament:
|
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u tar-rikorrenti fir-rigward ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni tbegħdet mir-regoli tagħha dwar il-prassi, wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ ugwaljanza meta ddeterminat l-ammont tal-multa billi kkalkolat il-“valur tad-dħul mill-bejgħ” rilevanti għall-ksur fuq il-bażi tal-bejgħ totali lill-klijenti taż-ŻEE. |
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni tbegħdet mir-regoli tagħha dwar il-prassi, wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ ugwaljanza meta ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-każ u n-natura tal-industrija inkwistjoni (inkluż l-effett tal-kartell tal-Air Cargo). |
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta liġi meta kkonkludiet li kellha l-kompetenza fir-rigward tal-ksur tal-advanced manifest system qabel l-1 ta’ Mejju 2004. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kummissjoni tbegħdet mir-regoli tagħha dwar il-prassi meta applikat b’mod żbaljat id-diskrezzjonalità tagħha fir-rigward tal-proċedura ta’ regolament. |