18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/16 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2012 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/12)
2012/C 250/30
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: Κ. Samoni u Ν. Dafniou)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ r-rikors għal annullament; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; |
— |
tgħaqqad il-preżenti rikors għal annullament mar-rikors simili tar-Repubblika Ellenika kontra l-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-105/12, minħabba li l-motivi ta’ fatt u ta’ liġi huma identiċi. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament (skont l-Artikolu 263 TFUE) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 416117, tat-11 ta’ April 2012, “li tikkonċerna t-tkomplija mir-Repubblika Ellenika tal-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 31 536 għal kull jum ta’ dewmien fit-teħid ta’ miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-Kawża C-65/05”, inkwantu dan il-ħlas tal-pagamenti ta’ penalità ilu mitlub sa mit-22 ta’ Awwissu 2011. Skont id-deċiżjoni kkontestata ċċitata iktar ’il fuq u tal-fatt li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika tidher li ma implementatax il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-Kawża C-65/05, u wara t-tieni sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-Kawża C-109/08, ir-Repubblika Ellenika hija mitluba tħallas is-somma ta’ EUR 3 847 392 bħala pagamenti ta’ penalità matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2011 u l-31 ta’ Marzu 2012.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata min-naħa tal-Kummissjoni tat-teħid ta’ miżuri neċessarji mir-Repubblika Ellenika sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-Repubblika Ellenika tqis li l-konvenuta wettqet evalwazzjoni u interpretazzjoni żbaljati tal-miżuri meħuda mir-Repubblika Ellenika bl-għan li tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li adottat il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tal-adozzjoni tal-Liġi 4002/11, li tħassar l-artikoli inkwistjoni tal-Liġi 3037/2002, kif meħtieġ mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża C-65/05. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq eċċess ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni. Ir-Repubblika Ellenika tqis li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tal-funzjonijiet tagħha ta’ gwardjana tat-Trattat, peress li ma kkuntentatx ruħha, bl-implementazzjoni, manifesta jew le, tal-miżuri ta’ konformità, kif kellha l-obbligu li tagħmel. Barra minn hekk hija marret lil hinn mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li r-Repubblika Ellenika kkonformat kompletament ma’ dawn tal-aħħar. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-użu ta’ bażi legali żbaljata.
|