21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Mederer vs UASI — Katjes Fassin (SOCCER GUMS)

(Kawża T-258/12)

2012/C 217/60

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ April 2012 fil-Każ R 225/2011-4;

tikkundanna lill-UASI u lil Katjes Fassin GmbH & Co. KG għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-UASI, kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SOCCER GUMS” għal prodotti fil-klassi 30 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 629 446

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Katjes Fassin GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “SOCCER STAR” għal prodotti fil-klassi 30 (trade mark nazzjonali Ġermaniża)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.