|
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/25 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Cat Media Pty vs UASI — Avon Products (RETANEW)
(Kawża T-246/12)
2012/C 243/44
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cat Media Pty Ltd (Warriewood, l-Awstralja) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Avon Products, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 740/2011-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti; |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RETANEW”, għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W00884450
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3531051 għat-trade mark verbali “ANEW” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.