|
8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/11 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — SNCF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-242/12)
2012/C 273/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Beurier, O. Billard u V. Landes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1616 finali, tad-9 ta’ Marzu 2012, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq intern l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam SCS (1) fost oħrajn permezz ta’ rikapitalizzazzjoni, ta’ garanziji mogħtija u tal-maħfra ta’ krediti dovuti minn Sernam mir-rikorrenti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti sa fejn, meta fid-deċiżjoni kkontestata adottat pożizzjoni li ma kinitx tidher fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni ma ppermettietx lir-rikorrenti tesponi b’mod utli l-fehma tagħha dwar ir-rilevanza ta’ din il-pożizzjoni. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn id-deċiżjoni “Sernam 2” (2) ħolqot sitwazzjoni li għamlet leġittimi l-aspettativi tar-rikorrenti fil-karattru regolari taċ-ċessjoni tal-attiv kollhu ta’ Sernam. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn il-Kummissjoni adottat deċiżjoni madwar seba’ snin wara ċ-ċessjoni tal-attiv kollu ta’ Sernam. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni “Sernam 2” ma ġewx osservati. Dan il-motiv huwa maqsum f’sitt partijiet ibbażati fuq żbalji li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta kkunsidrat:
|
|
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ dritt sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna ta’ EUR 41 miljun ġie ttrasferit lil Financière Sernam u lill-kumpanniji sussidjarji tagħha, filwaqt li Financière Sernam ma tistax titqies li bbenefikat minn benefiċċju, peress li din ħallset il-prezz tas-suq għall-attiv kollu ta’ Sernam. |
|
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri tal-protokoll ta’ ftehim dwar iċ-ċessjoni tal-attiv kollu ta’ Sernam kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat filwaqt li l-prezz imħallas għax-xiri kien prezz tas-suq li rriżulta minn sejħa għal offerti bil-miftuħ, trasparenti, inkondizzjonata u mhux diskriminatorja u li kien ħafna inqas mill-ispiża ta’ likwidazzjoni li r-rikorrenti kien ikollha tħallas f’każ ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja ta’ Sernam. |
(1) Għajnuna mill-Istat Nru C 37/2008 — Franza — Applikazzjoni tad-Deċiżjoni “Sernam 2” — SA.12522.
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/367/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata parzjalment minn Franza favur l-impriża “Sernam” [innorifikata bin-Nru C(2004) 3940] (ĠU 2006, L 140, p. 1).