21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Al Assad vs Il-Kunsill

(Kawża T-202/12)

2012/C 217/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn tirrigwarda lil Bouchra (sive Bushra) Al Assad;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.