14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2012 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI — MIP Metro (METRO)

(Kawża T-197/12)

2012/C 209/15

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2440/2010-1;

sussegwentement u biss jekk it-talba preċedenti tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2440/2010-1;

tikkundanna lill-konvenuta u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva, bil-kulur “METRO”, fost l-oħrajn għal servizzi fil-klassi 36 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7585045

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7111974 tat-trade mark figurattiva bil-kulur “GRUPOMETROPOLIS”, għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009