|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/18 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Verus vs UASI — Maquet (LUCEA LED)
(Kawża T-186/12)
2012/C 200/38
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: S. Vykydal, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maquet SAS (Ardon, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Frar 2012 fil-Każ R 67/2011-4 u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Maquet SAS
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LUCEA LED” għal prodotti fil-klassi 10
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LUCEO” għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, |
|
— |
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, |
|
— |
ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, |
|
— |
ksur tar-Regola 6(4) tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 2868/95, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni Nru EX-05-5, |
|
— |
ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009. |