30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/23 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2012 — Brauerei Beck vs UASI — Aldi (Be Light)
(Kawża T-172/12)
2012/C 194/40
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brauerei Beck GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 2258/2010-1; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti; |
— |
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tagħha, fil-każ li din tintervjeni quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Be Light”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7165351
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 135285 tat-trade mark verbali “BECK’s”, għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati fil-klassi 32 u awtorizzazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-bqija tal-prodotti.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.