30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/22 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — Bolívar Cerezo vs UASI — Renovalia Energy (RENOVALIA)
(Kawża T-166/12)
2012/C 194/38
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Bolívar Cerezo (Granada, Spanja) (rappreżentant: I. M. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renovalia Energy, SA (Villarobledo, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Jannar 2012 fil-Każ R 663/2011-1, u, konsegwentement, tirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 8 631 814“RENOVALIA” għall-“assigurazzjoni, affarijiet finanzjarji; affarijiet monetarji, affarijiet ta’ proprjetà immobbli” fil-klassi 36; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “RENOVALIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 25, 35, 36, 37 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 631 814
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Renovalia Energy, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Spanjoli “RENOVA ENERGY” u “RENOVAENERGY” kif ukoll l-isem kummerċjali “RENOVALIA” għal servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Spanjola Nru 2 715 975“RENOVALIA” tar-rikorrent u t-trade marks Spanjoli ta’ min ressaq l-oppożizzjoni u għandha titressaq quddiem il-qorti Spanjola kompetenti talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra dawn it-trade marks, li twassal sabiex dawn it-trade marks ma jkunux validi sabiex issir oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.