2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/8 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2012 — Interroll vs UASI (Inspired by efficiency)
(Kawża T-126/12)
2012/C 157/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Interroll Holding AG (Sant’Antonio, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1280/2011-1); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Inspired by efficiency” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 725 359) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 20, 35, 39 u 42.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija ta’ karattru distintiv u ma tiddeskrivix il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni