|
26.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/29 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-97/12)
2012/C 151/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata; |
|
— |
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).