14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/26


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2012 — Hemmati vs Il-Kunsill

(Kawża T-68/12)

2012/C 109/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdolnaser Hemmati (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla l-punt 7 tat-Tabella A tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) 961/2010 emendat, kif imniżżel fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1245/2011 (1), sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat;

Tannulla l-punt 7 tat-Tabella A tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK emendat, kif imniżżel fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK (2) sa fejn din tirrelata mar-rikorrent;

Tannulla l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 961/2010 li jimplimentah ir-Regolament Nru 1245/2011, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat;

Tannulla l-Artikolu 19(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK li temendah d-Deċiżjoni Nru 783/2011/PESK, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat;

Tannulla l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK li temendah d-Deċiżjoni Nru 783/2011/PESK, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat;

Tannulla l-ittra — deċiżjoni datata 5 ta’ Diċembru 2011; u

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż imġarrba b’dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, jallega

li l-Kunsill kiser ir-rekwiżiti proċedurali biex jagħti raġunijiet adegwati insostenn tal-elenkar tar-rikorrent fir-Regolament Nru 1245/2011 u d-Deċiżjoni 2011/783/PESK ikkontestati;

(2)

It-tieni motiv, jallega

li, anki jekk il-Qorti Ġenerali kellha tammetti li l-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill hija suffiċjenti, il-Kunsill ikkommetta żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti, billi r-rikorrent ma huwiex marbut mal-interessi tad-“Daftar” u ma jikkontribwixxiex għall-iffinanzjar tal-hekk imsejħa interessi strateġiċi “tar-reġim”, u lanqas tal-allegat programm nukleari tiegħu. Għaldaqstant, il-kriterji sostantivi għan-nomina skont id-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li d-Deċiżjoni 2011/783/PESK temenda, ma humiex sodisfatti fir-rigward tar-rikorrent u b’hekk il-Kunsill ikkommetta żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni dwar jekk dawk il-kriterji ġewx sodisfati jew le. Barra minn hekk, il-Kunsill ukoll naqas li japplika t-test rilevanti b’mod korrett;

(3)

It-tielet motiv, jallega

li n-nomina tar-rikorrent tikser id-drittijiet tiegħu għal proprjetà u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71)