17.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/22 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)
(Kawża T-22/12)
2012/C 80/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt an der Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentanti T. Raible, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 1518/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appell u ta’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Qualität hat Zukunft”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 40
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.