25.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/15 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-12/12)
2012/C 58/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, Barrister, M. Utges Manley, Solicitor, u M. Barnden, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
taqta’ u tiddeċiedi, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-konvenuta illegalment naqset milli taġixxi bi ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1); |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Diċembru 2011 li tonqos li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, rigward ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE, ibbażat fuq li r-rifjut li tiġi adottata deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal Orphacol imur kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li jirrikjedu li għandha tiġi adottata deċiżjoni finali f’terminu speċifiku skont l-eżitu tal-Proċedura tal-Komitoloġija.
|
(1) Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).
(2) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).
(3) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67).