Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta ’ Jannar 2016 – Zafeiropoulos vs Cedefop
(Kawża T‑537/12)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi mediċi għall-persunal taċ-Cedefop — Caħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti dwar offerenti oħrajn li pparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tar-reputazzjoni — Protezzjoni tad-data personali — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
|
1. |
Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 36, 63) |
|
2. |
Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ talba inizjali għal aċċess ta’ dokumenti ta’ istituzzjoni — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8(1)) (ara l-punt 84) |
|
3. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 90) |
|
4. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali — Oneru tal-prova — Ħsara li tirriżulta minn telf tar-reputazzjoni u tal-kredibbiltà ta’ offerent eskluż minn proċedura illegali ta’ għoti ta’ kuntratt — Talba għall-kumpens mhux issostanzjata minn spjegazzjoni jew provi — Assenza ta’ ħsara reali (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 91, 94) |
|
5. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali — Kunċett — Telf ta’ opportunità ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku — Inklużjoni — Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 96, 97) |
|
6. |
Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Obbligu ta’ awtorità kontraenti li twassal sal-aħħar proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 101; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(1) (ara l-punt 99) |
Suġġett
L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta ppreżentata mir-rikorrent fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012, ippubblikat fis-suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 115-189528), dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ avviż ta’ kuntratt, kif ukoll, it-tieni nett, talba għad-danni għall-ħsara li r-rikorrent sofra bħala konsegwenza tal-ksur allegatament imwettaq miċ-Cedefop.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta magħmula minn Panteleïmon Zafeiropoulos fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u d-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lil P.Zafeiropoulos, huma annullati. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Iċ-Cedefop għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta’ P. Zafeiropoulos. |
|
4) |
P. Zafeiropoulos għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu. |