Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑28 ta ’ Jannar 2016 – Is‑Slovenja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑507/12)
“Għajnuna mill-Istat — Manifattura ta’ faċilitajiet ta’ rikreazzjoni — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat”
|
1. |
Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tikkonċerna għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ impriża f’diffikultà — Neċessità li jiġu esposti l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li għandhom importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni — Assenza ta’ rekwiżit ta’ motivazzjoni speċifika għal kull element imqajjem mill-partijiet interessati (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 23‑25, 37) |
|
2. |
Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża — Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 53) |
|
3. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika — Impriża kkontrollata mill-Istat — Imputabbiltà awtomatika lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna — Esklużjoni — Totalità ta’ indizji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 64‑72, 76, 77, 93, 102, 107, 109, 169) |
|
4. |
Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti — Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita fl-uniku każ invokat fir-rigward tal-prattika preċedenti (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 133) |
|
5. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 190, 191, 220, 221, 224) |
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE, tad‑19 ta’ Settembru 2012, dwar il-miżuri favur ELAN d.o.o. SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10) implimentati mis-Slovenja (ĠU 2014, L 144, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |