Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta ’ Frar 2015 — Spa Monopole vs UASI — Olivar Del Desierto (OLEOSPA)

(Kawża T‑377/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLEOSPA — Trade marks tal-Benelux verbali preċedenti SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark preċedenti li tokkupa pożizzjoni distintiva awtonoma fit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 19-23, 36, 37)

2. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva OLEOSPA u trade marks verbali SPA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 25, 26, 44-46)

3. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa — Determinazzjoni tal-komponent jew tal-komponenti dominanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punt 27)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Olivar Del Desierto, SL.

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011‑4) hija annullata, sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti kosmetiċi, li jaqgħu fil-klassi 3, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2) 

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.