Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-1 ta ’ Ġunju 2016 – Mega Brands vs EUIPO – Diset (MAGNEXT)

(Kawża T‑292/12 RENV)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGNEXT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 18, 38)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali MAGNEXT u MAGNET 4 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 30, 36, 42)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 31, 34)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2012 (Każ 1722/2011‑4) hija annullata.

2) 

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.