SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)

26 ta’ Ottubru 2012 ( *1 )

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Fil-Kawża T-63/12,

Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock), stabbilita f’Teheran (l-Iran), irrappreżentata minn K. Kleinschmidt, avocat,

rikorrenti,

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bishop u Z. Kupčová, bħala aġenti,

konvenut,

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi konra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti,

IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),

komposta minn I. Pelikánová, President, K. Jürimäe (Relatur) u M. van der Woude, Imħallfin,

Reġistratur: K. Andová, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-11 ta’ Lulju 2012,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1

Ir-rikorrenti, Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock), hija kumpannija stabbilita fl-Iran li teżerċita attivitajiet ta’ produzzjoni, ta’ riċerka u ta’ servizzi fis-setturi tal-gass, tal-petrokimika u tal-enerġija b’mod ġenerali. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tipproduċi u tikkummerċjalizza turbini u kumpressuri mħaddma b’turbina adattati speċifikament għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha.

2

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39). L-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni u tal-entitajiet imsemmija fil-lista stabbilita fl-Annessi I u II ta’ din l-istess deċiżjoni.

3

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, sussegwentement għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/413, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1). L-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni, tal-entitajiet jew tal-korpi elenkati fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament.

4

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/783/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), li permezz tagħha l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.

5

Fl-istess jum, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1245/2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), li permezz tiegħu l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda l-isem tar-rikorrenti fil-lista stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

6

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill immotiva l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti b’dan il-mod:

“Affiljata ma’ [Fergħa ta’] Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) indikat[a] mill-UE (magħruf[a] bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG).”

7

Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill informa lir-rikorrenti dwar l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010. Din l-ittra wasslet lura għand il-Kunsill b’indikazzjoni “bidla fl-indirizz” magħmula mis-servizzi postali Iranjani.

8

Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Frar 2012, ir-rikorrenti talbet lill-Kunsill sabiex jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

9

Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Frar 2012, ir-rikorrenti fetħet din il-kawża.

10

Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba intiża sabiex il-kawża tinqata’ skont il-proċedura mħaffa, skont l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

11

Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2010, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) laqgħat din it-talba.

12

It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-11 ta’ Lulju 2010.

13

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċernaha;

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex tordna lill-Kunsill jipproduċi d-dokumenti kollha relatati mad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn ikunu jikkonċernawha;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

14

Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors bħala infondat;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Id-dritt

15

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi. Dawn huma bbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, it-tieni wieħed, fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ.

16

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, l-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li hija qatt ma kienet fergħa ta’ Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) u li din tal-aħħar qatt ma kienet waħda mill-fergħat tagħha. It-tieni nett, il-Kunsill ma huwiex qiegħed jagħmel distinzjoni bejn Turbro Compressor Manufacturer (TCMFG), li kienet kumpannija relatata mar-rikorrenti, u SATAK. It-tielet nett, sa fejn hija ma għandha għad-dispożizzjoni tagħha ebda punt ta’ fatt u ebda prova li juru li TCMFG ipparteċipat f’attivitajiet nukleari li jimplikaw riksju ta’ proliferazzjoni u /jew ta’ żvilupp ta’ sistemi li jigwidaw armi nukleari jew ta’ sistemi oħra ta’ armi, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), li permezz tagħha l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda lil TCMFG fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, hija illegali sa fejn tikkonċerna lil TCMFG. Ir-raba’ nett, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma kien għad hemm ebda holding trażversali bejnha u TCMFG sa fejn, minn naħa, l-ishma kollha miżmuma minn TCMFG inbiegħu lil D. fis-6 ta’ Ġunju 2011 u, min-naħa l-oħra, l-ishma kollha mimżuma minnha f’TCMFG inbiegħu lil Sa.

17

Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.

18

Skont il-ġurisprudenza, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ att li bih ikunu ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi invokati sabiex jiġġustifikawh, kif ukoll għall-verifika tal-provi u tal-informazzjoni li tkun ibbażata fuqhom din l-evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2009, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, T-390/08, Ġabra p. II-3967, punti 37 u 107).

19

Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha jiġi adottat l-att (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2006, Roquette Frères vs Il-Kummissjoni, T-322/01, Ġabra p. II-3137, punt 325, u l-ġurisprudenza ċċitata).

20

Fil-kawża ineżami, il-Kunsill immotiva l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti b’dan il-mod:

“Affiljata ma’ [Fergħa ta’] Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) indikat[a] mill-UE (magħruf[a] bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG).”

21

Għandu jiġi osservat li r-rikorrenti tammetti li kienet relatata ma’ TCMFG iżda tipproduċi diversi dokumenti ta’ natura li juru li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fl-1 ta’ Diċembru 2011, ma kien għad hemm ebda holding trażversali bejnha u din il-kumpannija, b’tali mod li l-affermazzjoni tal-Kunsill fis-sens li r-rikorrenti kienet, f’dak il-mument, fergħa ta’ TCMFG għandha titqies li hija materjalment żbaljata.

22

B’hekk, mill-elementi fil-proċess jirriżulta li TCMFG biegħet l-ishma kollha li hija kellha fir-rikorrenti lil D. fis-6 ta’ Ġunju 2011. Ir-rikorrenti pproduċiet, f’dan ir-rigward, kopja tal-att notarili kif ukoll kopja ta’ dokument ta’ sostenn, bid-data tas-6 ta’ Ġunju 2011, li jikkonferma l-ħlas tal-prezz ta’ bejgħ fil-valur ta’ 363 036 010 000 riali Iranjani (IRR) (EUR 23 970 600). Barra minn hekk, hija pproduċiet il-kopja tal-prova tal-ħlas tat-taxxa mħallsa fir-rigward ta’ dan il-bejgħ lill-amministrazzjoni fiskali Iranjana, fis-somma ta’ IRR 14 521 440 400 (EUR 958 825). Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat, kif tagħmel ir-rikorrenti, li l-proċess verbal tal-laqgħa tal-bord tad-diretturi tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2011 jirratifika l-bejgħ minn TCMFG tal-ishma tagħha lil D.

23

Bl-istess mod, ir-rikorrenti pproduċiet dokumenti li juru li hija ma kien għad għandha ebda azzjoni ta’ TCMFG. B’mod partikolari, hija pprovat li biegħet l-ishma tagħha f’TCMFG lil Sa. fit-8 ta’ Ġunju 2011 billi ressqet kopja tal-kuntratt ta’ bejgħ, kopja ta’ dokument ta sostenn li jikkonferma l-ħlas tal-prezz ta’ bejgħ fil-valur ta’ IRR 160 772 410 000 (EUR 10 612 500), kif ukoll kopja ta’ dokument ta’ sostenn li jikkonferma l-ħlas tat-taxxa dovuta lill-amministrazzjoni fiskali Iranjana fir-rigward ta’ dan il-bejgħ, fis-somma ta’ IRR 6 430 896 400 (EUR 424 621).

24

Matul is-seduta, il-Kunsill ammetta li ma kienx qiegħed jikkontesta r-realtà ta’ dawn il-provi. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, għalkemm TCMFG kellha azzjonijiet tar-rikorrenti sas-6 ta’ Ġunju 2011, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq premessa fattwali żbaljata sa fejn, kif ġie osservat fil-punt 19 iktar ’il fuq, il-legalità ta’ din id-deċiżjoni għandha tiġi evalwata fid-data tal-adozzjoni tagħha, jiġifieri fl-1 ta’ Diċembru 2011, data li fiha TCMFG kienet biegħet dawn l-azzjonijiet kollha.

25

Din il-konklużjoni ma tistax tiġi megħluba bl-argumenti tal-Kunsill.

26

Fir-risposta, il-Kunsill isostni li l-bejgħ tal-holdings trażversali miżmuma minn TCMFG u mir-rikorrenti sar biss sabiex tingħata l-impressjoni ta’ qsim ta’ kumpannija u sabiex jinħbew il-holdings reali, b’tali mod li r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 kienu validi fil-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u għadhom validi. Barra minn hekk, matul is-seduta, il-Kunsill sostna li, minkejja dan il-bejgħ, TCMFG għad għandha rabtiet mar-rikorrenti.

27

F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat, kif intqal fil-punt 20 iktar ’il fuq, li l-Kunsill, fid-deċiżjoni kkontestata, sempliċement invoka l-fatt li r-rikorrenti kienet fergħa ta’ SATAK, magħrufa wkoll bħala TCMFG. F’din id-deċiżjoni b’ebda mod ma huwa indikat li, minkejja li TCMFG ma kien għad għandha ebda sehem fir-rikorrenti, hija kienet teżerċita kontroll de facto fuq din tal-aħħar u li t-trasferiment tal-ishma kien sempliċement manuvra sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jippermettu lill-Kunsill jinkludi fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 l-entitajiet li huma l-proprjetà ta’ jew li jinsabu taħt il-kontroll ta’ persuni u entitajiet assoċjati direttament ma’ jew li jipprovdu sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi li jiggwidaw armi nukleari.

28

Barra minn hekk, għandu jingħad li, matul is-seduta, il-Kunsill irrikonoxxa espliċitament li kien żviluppa motivazzjoni ġdida sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista msemmija fil-kuntest tar-risposta kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura orali sa fejn, meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, ma kellux provi rilevanti insostenn ta’ din il-motivazzjoni.

29

Issa, il-Qorti Ġenerali tosserva li l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom kienet adottata u mhux fuq il-bażi ta’ elementi li l-Kunsill sar jaf bihom wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, u dan anki jekk dan tal-aħħar ikun tal-fehma li l-elementi msemmija setgħu jservu ta’ bażi valida għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma tistax taqbel mal-istedina magħmula mill-Kunsill sabiex, effettivament, issir sostituzzjoni tal-motivi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2012, Egan u Hackett vs Il-Parlament, T-190/10, punti 102 u 103, u l-ġurisprudenza ċċitata).

30

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ l-ewwel motiv. Minn dan isegwi li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra tal-partijiet u mingħajr ma jkun meħtieġ li l-Kunsill jiġi ordnat jipproduċi d-dokumenti msemmija mir-rikorrenti fit-tieni talba tagħha.

Fuq l-ispejjeż

31

Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.

 

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi konra l-Iran, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock).

 

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Oil Turbo Compressor.

 

Pelikánová

Jürimäe

Van der Woude

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ottubru 2012.

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.


Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża T-63/12,

Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock), stabbilita f’Teheran (l-Iran), irrappreżentata minn K. Kleinschmidt, avocat,

rikorrenti,

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bishop u Z. Kupčová, bħala aġenti,

konvenut,

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi konra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti,

IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),

komposta minn I. Pelikánová, President, K. Jürimäe (Relatur) u M. van der Woude, Imħallfin,

Reġistratur: K. Andová, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-11 ta’ Lulju 2012,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1. Ir-rikorrenti, Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock), hija kumpannija stabbilita fl-Iran li teżerċita attivitajiet ta’ produzzjoni, ta’ riċerka u ta’ servizzi fis-setturi tal-gass, tal-petrokimika u tal-enerġija b’mod ġenerali. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tipproduċi u tikkummerċjalizza turbini u kumpressuri mħaddma b’turbina adattati speċifikament għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha.

2. Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39). L-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni u tal-entitajiet imsemmija fil-lista stabbilita fl-Annessi I u II ta’ din l-istess deċiżjoni.

3. Fil-25 ta’ Ottubru 2010, sussegwentement għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/413, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1). L-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni, tal-entitajiet jew tal-korpi elenkati fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament.

4. Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/783/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), li permezz tagħha l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.

5. Fl-istess jum, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1245/2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), li permezz tiegħu l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda l-isem tar-rikorrenti fil-lista stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

6. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill immotiva l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti b’dan il-mod:

“Affiljata ma’ [Fergħa ta’] Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) indikat[a] mill-UE (magħruf[a] bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG).”

7. Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill informa lir-rikorrenti dwar l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010. Din l-ittra wasslet lura għand il-Kunsill b’indikazzjoni “bidla fl-indirizz” magħmula mis-servizzi postali Iranjani.

8. Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Frar 2012, ir-rikorrenti talbet lill-Kunsill sabiex jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

9. Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Frar 2012, ir-rikorrenti fetħet din il-kawża.

10. Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba intiża sabiex il-kawża tinqata’ skont il-proċedura mħaffa, skont l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

11. Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2010, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) laqgħat din it-talba.

12. It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-11 ta’ Lulju 2010.

13. Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċernaha;

– tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex tordna lill-Kunsill jipproduċi d-dokumenti kollha relatati mad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn ikunu jikkonċernawha;

– tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

14. Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tiċħad ir-rikors bħala infondat;

– tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Id-dritt

15. Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi. Dawn huma bbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, it-tieni wieħed, fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ.

16. Fil-kuntest tal-ewwel motiv, l-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li hija qatt ma kienet fergħa ta’ Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) u li din tal-aħħar qatt ma kienet waħda mill-fergħat tagħha. It-tieni nett, il-Kunsill ma huwiex qiegħed jagħmel distinzjoni bejn Turbro Compressor Manufacturer (TCMFG), li kienet kumpannija relatata mar-rikorrenti, u SATAK. It-tielet nett, sa fejn hija ma għandha għad-dispożizzjoni tagħha ebda punt ta’ fatt u ebda prova li juru li TCMFG ipparteċipat f’attivitajiet nukleari li jimplikaw riksju ta’ proliferazzjoni u /jew ta’ żvilupp ta’ sistemi li jigwidaw armi nukleari jew ta’ sistemi oħra ta’ armi, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), li permezz tagħha l-Kunsill, b’mod partikolari, inkluda lil TCMFG fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, hija illegali sa fejn tikkonċerna lil TCMFG. Ir-raba’ nett, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma kien għad hemm ebda holding trażversali bejnha u TCMFG sa fejn, minn naħa, l-ishma kollha miżmuma minn TCMFG inbiegħu lil D. fis-6 ta’ Ġunju 2011 u, min-naħa l-oħra, l-ishma kollha mimżuma minnha f’TCMFG inbiegħu lil Sa.

17. Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.

18. Skont il-ġurisprudenza, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ att li bih ikunu ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi invokati sabiex jiġġustifikawh, kif ukoll għall-verifika tal-provi u tal-informazzjoni li tkun ibbażata fuqhom din l-evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2009, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, T-390/08, Ġabra p. II-3967, punti 37 u 107).

19. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha jiġi adottat l-att (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2006, Roquette Frères vs Il-Kummissjoni, T-322/01, Ġabra p. II-3137, punt 325, u l-ġurisprudenza ċċitata).

20. Fil-kawża ineżami, il-Kunsill immotiva l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti b’dan il-mod:

“Affiljata ma’ [Fergħa ta’] Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) indikat[a] mill-UE (magħruf[a] bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG).”

21. Għandu jiġi osservat li r-rikorrenti tammetti li kienet relatata ma’ TCMFG iżda tipproduċi diversi dokumenti ta’ natura li juru li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fl-1 ta’ Diċembru 2011, ma kien għad hemm ebda holding trażversali bejnha u din il-kumpannija, b’tali mod li l-affermazzjoni tal-Kunsill fis-sens li r-rikorrenti kienet, f’dak il-mument, fergħa ta’ TCMFG għandha titqies li hija materjalment żbaljata.

22. B’hekk, mill-elementi fil-proċess jirriżulta li TCMFG biegħet l-ishma kollha li hija kellha fir-rikorrenti lil D. fis-6 ta’ Ġunju 2011. Ir-rikorrenti pproduċiet, f’dan ir-rigward, kopja tal-att notarili kif ukoll kopja ta’ dokument ta’ sostenn, bid-data tas-6 ta’ Ġunju 2011, li jikkonferma l-ħlas tal-prezz ta’ bejgħ fil-valur ta’ 363 036 010 000 riali Iranjani (IRR) (EUR 23 970 600). Barra minn hekk, hija pproduċiet il-kopja tal-prova tal-ħlas tat-taxxa mħallsa fir-rigward ta’ dan il-bejgħ lill-amministrazzjoni fiskali Iranjana, fis-somma ta’ IRR 14 521 440 400 (EUR 958 825). Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat, kif tagħmel ir-rikorrenti, li l-proċess verbal tal-laqgħa tal-bord tad-diretturi tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2011 jirratifika l-bejgħ minn TCMFG tal-ishma tagħha lil D.

23. Bl-istess mod, ir-rikorrenti pproduċiet dokumenti li juru li hija ma kien għad għandha ebda azzjoni ta’ TCMFG. B’mod partikolari, hija pprovat li biegħet l-ishma tagħha f’TCMFG lil Sa. fit-8 ta’ Ġunju 2011 billi ressqet kopja tal-kuntratt ta’ bejgħ, kopja ta’ dokument ta sostenn li jikkonferma l-ħlas tal-prezz ta’ bejgħ fil-valur ta’ IRR 160 772 410 000 (EUR 10 612 500), kif ukoll kopja ta’ dokument ta’ sostenn li jikkonferma l-ħlas tat-taxxa dovuta lill-amministrazzjoni fiskali Iranjana fir-rigward ta’ dan il-bejgħ, fis-somma ta’ IRR 6 430 896 400 (EUR 424 621).

24. Matul is-seduta, il-Kunsill ammetta li ma kienx qiegħed jikkontesta r-realtà ta’ dawn il-provi. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, għalkemm TCMFG kellha azzjonijiet tar-rikorrenti sas-6 ta’ Ġunju 2011, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq premessa fattwali żbaljata sa fejn, kif ġie osservat fil-punt 19 iktar ’il fuq, il-legalità ta’ din id-deċiżjoni għandha tiġi evalwata fid-data tal-adozzjoni tagħha, jiġifieri fl-1 ta’ Diċembru 2011, data li fiha TCMFG kienet biegħet dawn l-azzjonijiet kollha.

25. Din il-konklużjoni ma tistax tiġi megħluba bl-argumenti tal-Kunsill.

26. Fir-risposta, il-Kunsill isostni li l-bejgħ tal-holdings trażversali miżmuma minn TCMFG u mir-rikorrenti sar biss sabiex tingħata l-impressjoni ta’ qsim ta’ kumpannija u sabiex jinħbew il-holdings reali, b’tali mod li r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 kienu validi fil-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u għadhom validi. Barra minn hekk, matul is-seduta, il-Kunsill sostna li, minkejja dan il-bejgħ, TCMFG għad għandha rabtiet mar-rikorrenti.

27. F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat, kif intqal fil-punt 20 iktar ’il fuq, li l-Kunsill, fid-deċiżjoni kkontestata, sempliċement invoka l-fatt li r-rikorrenti kienet fergħa ta’ SATAK, magħrufa wkoll bħala TCMFG. F’din id-deċiżjoni b’ebda mod ma huwa indikat li, minkejja li TCMFG ma kien għad għandha ebda sehem fir-rikorrenti, hija kienet teżerċita kontroll de facto fuq din tal-aħħar u li t-trasferiment tal-ishma kien sempliċement manuvra sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jippermettu lill-Kunsill jinkludi fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 l-entitajiet li huma l-proprjetà ta’ jew li jinsabu taħt il-kontroll ta’ persuni u entitajiet assoċjati direttament ma’ jew li jipprovdu sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi li jiggwidaw armi nukleari.

28. Barra minn hekk, għandu jingħad li, matul is-seduta, il-Kunsill irrikonoxxa espliċitament li kien żviluppa motivazzjoni ġdida sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista msemmija fil-kuntest tar-risposta kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura orali sa fejn, meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, ma kellux provi rilevanti insostenn ta’ din il-motivazzjoni.

29. Issa, il-Qorti Ġenerali tosserva li l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom kienet adottata u mhux fuq il-bażi ta’ elementi li l-Kunsill sar jaf bihom wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, u dan anki jekk dan tal-aħħar ikun tal-fehma li l-elementi msemmija setgħu jservu ta’ bażi valida għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma tistax taqbel mal-istedina magħmula mill-Kunsill sabiex, effettivament, issir sostituzzjoni tal-motivi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2012, Egan u Hackett vs Il-Parlament, T-190/10, punti 102 u 103, u l-ġurisprudenza ċċitata).

30. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ l-ewwel motiv. Minn dan isegwi li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra tal-partijiet u mingħajr ma jkun meħtieġ li l-Kunsill jiġi ordnat jipproduċi d-dokumenti msemmija mir-rikorrenti fit-tieni talba tagħha.

Fuq l-ispejjeż

31. Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi konra l-Iran, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock).

2) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Oil Turbo Compressor.