Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2015 –
IDT Biologika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑30/12)
“Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista fis-Serbja ta’ vaċċin kontra l-idrofobija — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Attribuzzjoni tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ selezzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”
Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 20, 21)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja fil-5 ta’ Ottubru 2011 (ĠU 2011/S 222-359832) li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/130686/C/SUP/RS, li għandu bħala l-għan tiegħu il-provvista ta’ vaċċin kontra l-idrofobija għall-kampanja ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju taħt id-direzzjoni tal-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |