13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/27 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 — Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-507/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha mill-benefiċjarju - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2013/C 108/70
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Repubblika ta’ Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, D. Kukovec u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 6345 finali tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar miżuri meħuda favur l-impriża Elan d.o.o. [(SA.26379 (C 13/2010) (ex NN 17/2010)].
Dispożittiv
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |