14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 – Sothys Auriac vs UASI – Grand Hotel Primavera (BEAUTY GARDEN)

(Kawża T-470/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 112/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sothys Auriac (Auriac, Franza) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grand Hotel Primavera SA (Borgo Maggiore, San Marino)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1419/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grand Hotel Primavera SA u Sothys Auriac.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.