27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Lavazza vs UASI – Commercialunione prima (LAVAZZA A MODO MIO)

(Kawża T-392/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 138/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Lavazza SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, M. Ricolfi, G. Sironi u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina sussegwentement F. Mattina u N. Bambara u fl-aħħar nett N. Bambara u P. Bullock, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Commercialunione Prima Srl (Bresso, l-Italja) (rappreżentanti: G. Celona u B. Dosi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 124/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Commercialunione Prima Srl u Luigi Lavazza SpA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.