10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2013 — Mederer vs UASI Katjes Fassin (SOCCER GUMS)

(Kawża T-258/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 233/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u R. Pethke, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich s. Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u C. Osterrieth, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ April 2012 (Każ R 225/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mederer GmbH u Katjes Fassin GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.