5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/12 u 210/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Tkomplija tal-proċedura - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Għeluq tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 135/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versalis SpA (San Donato Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: F. Moretti, L. Nascimbene u M. Siragusa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte, R. Striani, u T. Vecchi, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-241/12, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża fl-ittra tat-23 ta’ April 2012 li tifforma parti għar-rikorrenti mill-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-proċedura u li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u, fil-Kawża T-210/13, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 1200 finali, tas-26 ta’ Frar 2013, u C (2013) 1199 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li titkompla l-proċedura u li r-rikorrenti tiġi kkomunikata b’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida fil-Każ AT. 40032 – BR/ESBR – Reċidiva, wara l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-241/12 u T-210/13 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dawn ir-rikorsi.

3)

Versalis SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.