|
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2013 — Trabelsi vs Il-Kunsill
(Kawża T-162/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Estensjoni tal-iffriżar ta’ fondi - Annulament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi inizjali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2014/C 15/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Trabelsi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 27, p. 11), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |