6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2017 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/12) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Qasam postali - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Deutsche Post - Żieda fil-prezz tal-bolol flimkien mas-sussidji mħallsa sabiex ikopru l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-impjegati li għandhom l-istatus ta’ uffiċjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2017/C 178/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal- parti rikorrenti: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju) u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Henny u T. Ottervanger, sussegwentement minn T. Ottervanger, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implementata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU 2012, L 289, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Deutsche Post AG.

1)

UPS Europe u United Parcel Service Deutschland għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.