4.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/12) (1)

(Rikors għal annullament - Talba intiża għat-trażmissjoni lill-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża ta’ ċerti dokumenti li jifformaw parti mill-fajl tal-Kummissjoni dwar proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni li jirrigwardaw is-suq Ewropew tal-produtturi tad-deterġenti domestiċi - Użu fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali dwar is-settur tad-deterġenti fi Franza - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

2013/C 129/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) u Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u É. Paroche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab f’ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 (Każ COMP/39.579 — Deterġenti domestiċi — u Każ 09/0007 F) li permezz tagħha din irrifjutat li tilqa’ t-talba tar-rikorrenti intiża għat-trażmissjoni lill-Awtorità tal-kompetizzjoni (Franza), fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, ta’ diversi dokumenti prodotti fil-Każ COMP/39.579 u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni tawtorizza lir-rikorrenti jinvokaw id-dokumenti inkwistjoni fil-proċeduri quddiem l-Awtorità tal-kompetizzjoni jew quddiem il-qorti Franċiża kompetenti fil-kuntest ta’ rikors kontra d-deċiżjoni tagħha u tieħu kull miżura xierqa oħra.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Unilever PLC u ta’ Unilever NV.

(3)

Henkel AG & Co. KGaA u Henkel France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.