1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-578/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infrastatali - Locus standi u interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Indikazzjoni u għażla tal-bażi legali - Kompetenza tal-Kunsill - Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt ta’ proprjetà”))

2014/C 292/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Oil Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 82, p. 58), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Oil Company għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.