7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/12) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument imħejji mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-operazzjoni tal-konċentrazzjoni bejn Deutsche Börse u NYSE Euronext - Rifjut tal-aċċess - Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)

2013/C 359/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-aċċess għal memorandum tal-Kap tad-Diviżjoni inkarigat mill-kawżi relatati mal-kompetizzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Intrapriża u Industrija”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Jürgen Beninca huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.