7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)

(Kawża T-553/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BATEAUX MOUCHES - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza tal-karattru deskrittiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 212/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1709/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BATEAUX-MOUCHES bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013.