8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Coppenrath-Verlag vs UASI — Sembella (Rebella)
(Kawża T-551/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Rebella - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEMBELLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu serju tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009)
(2014/C 71/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Pohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sembella GmbH (Timelkam, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1681/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sembella GmbH u Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |