8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui va)

(Kawża T-543/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI - Raġuni relattiva għal rifjut - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżistenza tat-trade mark preċedenti - Assenza ta’ teħid inkunisiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2014/C 439/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Xavier Grau Ferrer (Caldes de Montbui, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Cándido Rubio Ferrer (Xeraco, Spanja) u Alberto Rubio Ferrer (Xeraco) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), dwar prpoċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Xavier Grau Ferrer u, min-naħa l-oħra, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armoninzzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Xavier Grau Ferrer.

3)

Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.