|
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Optilingua vs UASI — Esposito (ALPHATRAD)
(Kawża T-538/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva Komunitarja ALPHATRAD - Użu ġenwin mit-trade mark - Importanza tal-użu - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a), u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 52/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Optilingua Holding SA (Épalinges, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Michele Esposito (Cava de’ Tirreni, l-Italja) (rappreżentant: R. Stella, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 444/2011-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn M. Esposito u Optilingua Holding SA.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Optilingua Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |