21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 — IBSolution vs UASI — IBS (IBSolution)
(Kawża T-533/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IBSolution - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IBS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 377/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IBSolution GmbH (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: IBS AB (Solna, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2012 (Każ R 771/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IBS AB u IBSolution GmbH.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
IBSolution GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |