10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-502/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA - Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferring BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Tillotts Pharma AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring BV.

3)

Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.