10.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI – Tillotts Pharma (OCTASA)
(Kawża T-501/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OCTASA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PENTASA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 175/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S u Tillotts Pharma AG.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4) hija annullata. |
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S. |
3) |
Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring. |