|
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Coca-Cola vs UASI – Mitico (Master)
(Kawża T-480/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Master - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Coca-Cola u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti C - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Xebh tas-sinjali - Provi dwar l-użu kummerċjali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni”))
(2015/C 046/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, D. Stone, L. Ritchie, solicitors, u S. Baran, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: A. I. Malami, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 2156/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Coca-Cola Company u Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 2156/2011 2) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn The Coca Cola Company. |
|
3) |
Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |