7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

(Kawża T-417/12) (1)

(Trade mark Komunitajra - Proċedimenti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva AQUA FLOW - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAQUA FLOW - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 359/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFC Jardibric (Saint-Jean-De-La-Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. J. Martín Izquierdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju 2012 (Każ R 2230/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aqua Center Europa, SA u SFC Jardibric.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

SFC Jaridibric hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 373, 01.12.2012.