3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/78


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Celtipharm vs UASI — Alliance Healthcare France (PHARMASTREET)

(Kawża T-411/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PHARMASTREET - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PHARMASEE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 225/173

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Celtipharm (Vannes, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u C. Fendeleur, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Alliance Healthcare France SA (Gennevilliers, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 767/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Celtipharm u Alliance Healthcare France SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 767/2011-2) hija annullata.

(2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa f’dak li jikkonċerna l-prodotti fil-klassi 5 u li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “prodotti farmaċewtiċi; sustanzi dijetetiċi għal użu mediku”, minn naħa, u s-servizzi fil-klassi 35 u li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “ġestjoni ta’ affarjijiet kummerċjali, amministrazzjoni kummerċjali u xogħlijiet tal-uffiċċju”, min-naħa l-oħra.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012.