19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/12) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Manteniment tekniku u servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kumpjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Talba għad-danni”)

(2015/C 016/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux SA (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Keramidas u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos, E. Chatziioakeimidou u M. Robert, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li ma taċċettax l-offerta mressqa mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti ristretta UCA 218/07, għall-manteniment tekniku u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kompjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfastar Benelux SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.