13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Irtirar - Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom - Tnaqqis tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-Istat minn France Télécom - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 118/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.