28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – Grupo Flexi de León vs UASI (FLEXI)

(Kawża T-352/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEXI - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

2014/C 245/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjiol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Flexi de León, SA de CV (León, il-Messiku) (rappreżentant: M. Zarobe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1335/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Grupo Flexi de León, SA de CV hija kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012